Wednesday, March 01, 1995

Madonni u Xjaten

Illum mort tard. Mort naqdi lil ommi u wara mort sal-bank. Ġbidt Lm40. Ommi tatni Lm5!

Ommi u missieri ma jridunix immur il-gym.

Illum smajt ħafna diski.

Se nixtri d-double album tad-Deep Purple mingħand Ta' Bukki.

Il-ktieb tal-Queen ġej xi ġimgħatejn oħra.

It-TV qiegħed jintefa' l-ħin kollu. Ilu jagħmilha imma issa qiegħed jagħmilha ħafna.

L-Italja hemm żewġ Madonni li qegħdin jagħmlu l-mirakli! Waħda qed tibki d-demm u l-oħra qed tidher! Kien hemm tifla qalet li dehrilha x-Xitan, u li meta xeħtitlu l-ilma mbierek ħarġilha snienu! Missierha qed ikun f'estasi. Dawn kollha ħmerijiet. Kieku veru kien jitlaq!

Illum qagħdt naħseb ħafna f'Rachel.

Iġri jgħaddu tliet snin oħra ħa nibda noħroġ ma' Rachel!

Diska tal-ġurnata: The Crunge - Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura