Friday, March 03, 1995

Rajt lil Rachel tibki!

Illum qlajt detention mingħand tat-Taljan għax m'għamiltx il-homework!

Lil Ta' Bukki ċempiltlu għand il-Jagger. Għada se jġibuli miegħu l-ħanut.

It-TV rranġajnieh. Ħadilna Lm15.

J.P.G. ġabli l-flus.

Illum mort il-Mużew. Is-Superjur qal lil Penza biex illum ma joqgħodx ma' l-Aspiranti! Wara mar ikellmu.

Formosa illum telaq għax Godwin qallu biex jibqa' mal-Magħżulin. Skond Godwin, Formosa b'dak li qal impressjona lil tal-Year 3, u ġab il-walkman ukoll.

Mort saċ-Ċentru u sibt lil Rachel tibki! Xi ħadd mar qalilha xi ħaġa fuq snienha u ħadet għaliha bl-ikrah. Tħassartha naraha tibki!

Fabrizio ġie jistaqsini jekk irridx nirranġa magħha. Jien għedtlu li "għalissa le", imma għedtlu li niffansjaha wkoll. Dik sena iżgħar minni. Hi lil Andrea qaltlu li ma tiffansja lil ħadd!

Imma nhar it-Tlieta ngħidilha li nħobbha!

Diska tal-ġurnata: D'yer Mak'er - Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura