Friday, March 10, 1995

Il-ġenituri għadhom jitlewmu - Il-veru nħossni mdejjaq

Illum erġajt bqajt fis-sodda, iżda fil-għaxija ħriġt.

Mort l-eżerċizzi u kellna quddiesa. Waqt il-quddies John keċċa lil Andrea!

Wara morna ċ-Ċentru. Illum reġgħet ġiet Mandy.

Raissa llum damet ħafna titkellem miegħi. Irranġat ma' Andrea u telqitu għax hi filgħaxija ma toħroġx! Imma fis-Sajf se terġa' tara tkunx tista' tirranġa miegħu.

Dika xorta għadha tiffansjani! Imma hi taf li jiena niffansja lil Rachel. Hi marret tistaqsiha jekk hi tridx tirranġa miegħi, u Rachel qaltilha li hi taħseb li jiena "ma nagħmilx" għaliha, jiġifieri li ma togħġobnix!

Fabrizio telaq lil Elaine u mar irranġa ma' waħda kerha daqs dawgħa b'Alla!

Kif mort id-dar ommi qaltli li hi u missieri kellhom xi jgħidu sewwa. Qalet li missieri għolla l-mejda u kissrilha dik li tqiegħed fiha l-frott!

Iġġieldu sew milli jidher!

Ħassejtni vera mdejjaq. Bdejt nitlob u nibki...

Diska tal-ġurnata: Beyond The Realms of Death - Judas Priest



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura