Tuesday, March 14, 1995

Rachel ma tridnix!

Id-disko tal-birthday tiegħi forsi jsir is-San Antonio. Jekk inħallsu l-prezz tas-soltu ma tkunx problema, għax kull ma jrid Lm30 biss. Lil ommi ma tantx għoġbitha din l-idea imma lil missieri ma dejqitux.

Dalgħodu Raissa tatni chewing gum. Marret tkellem lil Andrea.

Illum m'għamiltx PE għax kont xi ftit ma niflaħx.

Il-Lazio nqalgħu mill-Ewropa!

Illum mort il-Privat. Fhimt xi ħaġa u dħakt xi tnejn ukoll.

Wara mort saċ-Ċentru. Jien u Andrea qbadna ftit ma' Catreen.

Għada ta' Raissa m'għandhomx skola għax għandhom il-Parents Day.

Lili u lil J.P.G. Celine qaltilna li ma nifhmux fid-diski!

Rachel kellha l-birthday. RACHEL QALTLI LI "AĦJAR NIBQGĦU ĦBIEB GĦALISSA." Imbagħad lil Andrea qaltlu li jekk nirranġaw u ma nibqgħux għarajjes, imbagħad ma nibqgħux ħbieb daqs kemm aħna.

Diska tal-ġurnata: Night Comes Down - Judas Priest



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura