Il-vidjo se jixtrieh Godwin
Dalgħodu mort il-quddies tat-tmienja. Kien hemm missieri. Lil Raissa ma rnexxilix infhema biex ma tkellimnix waqt il-quddies illum!
Godwin qalli li l-vidjo se jixtrih hu! Mela għada nġibulu.
Illum komplejt naqra Justice.
Fil-għaxija mort Wied il-Għajn. Morna npejjpu l-Marlboro. Tgħidx kemm huma tqal u jintnu!
Wara morna nieħdu pizza. Lanqas domna kwarta s-San Antonio.
Bħalissa qed nisma' l-Led Zeppelin, imma dan l-aħħar qed jerġa' jagħtini għall-Maiden Irrid nixtri ħafna cassettes vojta.
L-affarijiet bejn il-ġenituri qed jaqilbu għall-aħjar.
GĦADA SKOLA!
Diska tal-ġurnata: Custard Pie - Led Zeppelin

Kummenti mill-Futur: 1
Istja dawk il-Marlboro! Vera jintnu u tqal! Imma ngħid għalija lilhom biss kont inpejjep jien; u bihom bdejt.
Qed niġi fiha, insejt meta l-aħħar pejjipt sigarett...
Post a Comment
<< Lura