Friday, March 17, 1995

Diskursati ma' Gabriella

Illum għamilna kwestjonarju fuq in-nifs. Illum is-Sur Seguna kellu ħafna nervi u tgħidx kemm għajjat!

Illum iċ-Ċentru għaddejt ħafna żmien ma' Gabriella. Qagħdna niftakru fil-passat.

Jien u Andrea ppruvajna nagħmluha paċi lilha u lil Catreen, iżda ma nafx irnexxilniex. Skond Catreen, kienet Elaine li firdithom.

Meta Andrea mar jgħid lil Rachel li jien għadni ma nsejthiex, ma tantx ħadet gost. Hija ma tantx qiegħda tkellimmni. L-imħabba tiegħi lejha qiegħda tnin. Elaine biss baqgħet l-"isweet heart" tiegħi.

Illum Andrea u Bertrand tkellmu u ma ġġildux.

Celia se tiżbogħ xagħrha isfar.

Illum wassalna lil Deborah id-dar. Andrea qabdilha sidirha. Jiena ma nafx kif tħallih! Inkellimha fuq hekk. Hija qed tiffansja lil Jeffery: wieħed kiesaħ u minn kollox. Dak jaħxiha biss irid!

Jien inkwetat fuq hekk għax jien niffansjaha.

Diska tal-ġurnata: Dissident Aggressor - Judas Priest



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura