Thursday, March 16, 1995

Jien u Bertrand erġajna sirna ħbieb!

Illum kelli test tal-Physics u lanqas biss kont naf! Mort ħażin, iżda dħakt xi ftit.

Fil-Privat illum għamilna l-functions. Tgħidx kemm huma tqal!

Veronica lanqas biss sellmitli! Naħseb ma ndunatx bija.

Godwin Locatelli ġab kondom!

Filgħaxija Bertrand tani n-notes tal-History u ittra. Kitibli li jixtieq li nerġgħu nsiru ħbieb u biex naħfirlu! Iżda kitibli wkoll li Andrea jrid jiġi s-Seminarju iżda huwa ma jridux. Kitibli li ma jaħmlux għax hu "faċċol".



Ma nafx x'se naqbad nagħmel. Aħjar ma jiġi xejn Andrea.

Naħseb li jien u Bertrand se nerġgħu nsiru ħbieb kbar mill-ġdid!

Rajt Beverly Hills. Kien sabiħ.

Diska tal-ġurnata: Prodigal Son - Iron Maiden



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura