Friday, March 24, 1995

Ħxejt lil Silvio... u dħakt

Illum tal-History qabdet ma' Degabriele, ma' Silvio u ma' Lenny. Silvio spiċċa l-uffiċċju għax ma riedx jikxef lil sħabu.

Waqt il-Physics spiċċa reġa' tkeċċa u qabdu s-Surmast. Barra kien hemm Lenny ukoll. Niżżilhom bħala mkeċċijin u żammhom it-tnejn wara l-ħin!

Jiena kelli x'naqsam sewwa f'dik it-tkeċċija ta' Silvio!

Tony ma riedx li npartu l-cassettes. Stuart ħallasni ta' Tattooed Millionaire, u Godwin ħallasni tal-vidjo.

Illum mort saċ-Ċentru. Daqq Revelations.

Jien u Andrea qbadna nagħtu lil Catreen u jien bqajt dieħel ġo sidirha la salvaġġa! Aħħħħħħħ!

Rachel qiegħda ssir nofs kliem miegħi mindu saret taf li niffansjaha. U l-imħabba tiegħi lejn Elaine qiegħda tikber.

Diska tal-ġurnata: Revelations - Iron Maiden



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger CODama qal/qalet...

I might be five years older then you but, i could'nt help not reading all the pages in the diary and trying to hold the tears as much as possible(of joy and of pain) memoirs amazing memoirs. i lived most of them too... thanks pal for bringing back the years...

14:45  

Post a Comment

<< Lura