Saturday, March 25, 1995

Tajt daqqtejn lil Falzon il-Kbir!

Illum studjajt ħafna. Għamilt summary u composition ta' l-Ingliż u xi ftit Business Studies.

Illum ommi rranġat il-purtieri.

Illum ma tlajniex sa Wied il-Għajn għax Penza kellu x'jagħmel.

Minflok mort sal-Mużew. Irbaħt league tat-Table Tennis u ġejt stalemate f'logħba Chess kontra Formosa!

Godwin is-Sibt qiegħed imur kors tal-Katekiżmu.

Kif kont ħiereġ Falzon il-kbir qalli "qisek Ambra." Dak il-ħin qbadtu u tfajtu ma' l-art bil-herra u nfajt fuqu, u bqajt dieħel ġol-ħġieġa tal-bieb bih b'kollox! Kelli xorti ma qtiltux. Kont nagħmel xi lejl id-depot!

Wara mort sal-Każin, lagħbt tnejn biljard u ħadt Lager.

Imbagħad mort id-dar u rajt Beverly Hills 90210 ta' nhar il-Ħamis li għadda.

Diska tal-ġurnata: Life Is Real (Song For Lennon) - Queen



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura