Monday, March 27, 1995

Dawn tal-Mużew kontra kollox!

Illum ma ddejjaqtx l-iskola. Fil-għodu qomt u ħsilt xagħri.

Studjajt xi ftit u wara mort l-eżerċizzi ta' l-Aspiranti. Godwin qalli biex inneħħi t-toppu. Iddispjaċieni ħafna għax b'daqshekk ma kont qed nagħmel xejn ħażin. Wara qalli li lilu xagħri ma tagħmillux differenza.

Dak li beda jagħmlilna l-eżerċizzi beda jgħid kontra n-nightclubs u l-postijiet tad-divertiment. Il-veru nħraqt, u mort id-dar nibki!

Diska tal-ġurnata: Sea of Madness - Iron Maiden



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura