Wednesday, April 05, 1995

Xtrajt l-isterjo!!!

Illum kienet l-isbaħ ġurnata ta' din is-sena!

L-iskola dħakt xi ftit jew wisq.

Illum mort għall-isterjo. Kont se nixtri dak tal-Lm270. iżda mbagħad rajna xi ħaġa ħafna aħjar. B'249 lira kien hemm Sansui bi speakers Jamo (200 wats). Bdilnilu s-CD player għax kien jieħdu CD waħda biss. Ħadna wieħed Sanyo li jieħu 4!

B'kollox swiena Lm284. Kelli mmur inġib Lm14 mid-dar! Għamilt akkwist!



S'issa ħija wrieni biss l-affarijiet bażiċi. Il-programming għadni ma nafx nagħmlu.

Ħallieli 3 CDs: Eye in the Sky ta' The Alan Parsons Project, Deepest Purple tad-Deep Purple u Love Over Gold tad-Dire Straits.

Smajt Fear of the Dark fuq ir-radju.

Wara mort saċ-Ċentru. Elaine kixfitni li għada għandi l-birthday! Ħarqitni, għax kont nafdaha!

Illum ippruvajt il-libsa ta' l-appostli, imma ma ħadthiex miegħi għax tlaqt niġri 'l barra minħabba Elaine.

Wara mort inwassal lil Celia d-dar.

Diska tal-ġurnata: Fear of the Dark - Iron Maiden



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura