Tuesday, April 04, 1995

Iċ-Ċentru qed jiġu balla qżież!

Illum ħija ġie l-iskola biex jagħtini l-photo copies tal-Music. Tahom lis-Surmast u għaddihomli.

Illum ma lagħbtx ħażin fil-futbol.

Lil Matthew se nweġġgħu jekk se jkompli jdejjaqni!

Illum wara l-privat mort saċ-Ċentru. Qiegħed jerġa' jimtela bl-imbarazz dan iċ-Ċentru. Qegħdin jiġu ħafna qżież.

Austin u Gareth qabdu jagħtu. Lorenzo mar iżomm lil Gareth u kien se jifga. Gareth marid u għalhekk kważi vaga! Wara ġie Glenn Spiteri u mar għal fuq Austin imma ma tawx. Father Dougall dak il-ħin ma kienx hemm.

Daqq Mr. Crowley ta' Ozzy Osbourne.

Elaine ġiet tgħidli li daqt għandi l-birthday. Qaltlilha Raissa. Min jaf min mar qalilha? Elaine qiegħda tilbes f'idha il-lakstu ta' xagħri li ħaditli nhar il-Ġimgħa. Dak Gareth qiegħed jeħodli l-kunfidenzi magħha!

Formosa jrid jixtri sterjo. Meta semmejtlu l-isterjo missieri MA QAL XEJN!

Diska tal-ġurnata: Phantom of the Opera (live) - Iron Maiden



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura