Friday, March 31, 1995

L-eternità...

Illum qomt ma niflaħx, irmazzat u mdamdam! Naħseb li għandi bidu ta' riħ! Ħadt xi panadols.

Irqadt u rajt Beverly Hills 90210 li rrekordjajt il-bieraħ. Smajt naqra Deep Purple.

Mort l-eżerċizzi u ma ddejjaqtx. Tkellem fuq l-eternità. Kien hemm Daniel Cassar.

Wara mort iċ-Ċentru. Tgħidx kemm frijkjajna u għajjatna. Waqt ir-Rock niffrijkjaw u waqt ir-Rave nitnejku.

Elaine ħaditli l-lakstu ta' xagħri. Kemm hi ħelwa - iżjed minn dik li rajt il-bieraħ!

Illum Celia kif ratni ġiet tifraħ bija. Rachel tilfet l-interess kollu fija. Imsomma, niddubita qattx kellha.

Nhar it-Tlieta Audrienne se tixtri l-cassette tal-Judas Priest mingħandi.

Father Norman se jqegħdni appostlu f'Ħamis ix-Xirka!

M'għadnix ma niflaħx.

Diska tal-ġurnata: From Here To Eternity - Iron Maiden



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura