Saturday, April 01, 1995

Missieri m'għandux grazzja ma' Godwin!

Illum qomt xi ftit tard.

Dal-għodu Father Norman mar jgħid lil ommi li lbieraħ frijkjajna ħafna. Bdiet teħodha miegħi!

Illum ġie ħija u ġab liż-żgħira. Ħadilha biċċa vidjo. Kemm hi ħelwa!

Illum għamluli ċajta ta' l-ewwel t'April. Qaluli li m'aħniex sejrin nieklu fil-vann. Imma ma kienx veru. Daħku xi tnejn. Imbagħad dew iwaħħlu fis-Superjur.

Fil-għaxija morna nieklu għand "Il-Kantina". Wasalt id-dar f'xi l-ħdax neqsin kwart. Il-ġenituri bdew jeħduha miegħi għax ġejt tard. Meta lil missieri għedtlu li morna sa Paceville, BIEX NIEKLU, ma tantx ħa pjaċir.

Terġa', lil Godwin beda jgħajru "xerrej." Ara f'xiex jifhem dak! X'jaħsbu li huma ommi u missieri!?

X'nervi!!

Diska tal-ġurnata: The Ides of March/Wrathchild - Iron Maiden



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura