Friday, April 07, 1995

Ħadt lil Elaine miegħi sal-każin

Illum fis-seminar tkellimna fuq l-AIDS u fuq id-drogi.

Gareth fil-għodu ġie jgħidli "happy birthday".

Rajt triple CD jismu Black Sabbath: The Ozzy Osbourne Years. Jiswa Lm13.50ċ!

Nhar it-Tnejn immur nagħmillu deposit.

Illum mort sal-knisja u ltqajt ma' Elaine.

Wara mort sal-każin tal-futbol, magħha u ma' ħabibtha l-kerha. Hija qaltli li Rachel faċċola.

Kemm hi ħelwa!

Wara ġew Celia, Ashley u xi ġuvintur.

Diska tal-ġurnata: Anya (live) - Deep Purple



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger Erezija qal/qalet...

seminar dwar l-Aids u d-drogi

triple cd tal-black sabbath

imbaghad sal-knisja

laqgha ma' tfajla

każin tal-futbol

TISTA' TKUN IKTAR MALTI MINN HEKK?

kbir dad-djarju!

11:39  

Post a Comment

<< Lura