Saturday, April 08, 1995

Kurt Cobain għalaq sena mejjet

Illum Kurt Cobain għalaq sena mejjet.

Qatt m'għoġobni wisq lili.

Illum kelli l-privat. Fit-test ġibt biss 67!

Wara mort sal-Belt, u ftaħt kont mal-BOV.

Kif wasalt id-dar ommi bdiet tgorr. Dejjem hekk dik!

Wara l-ikel studjajt.

Illum ħija beda jurini kif nirrekordja. Formosa, Penza u JPG ġew jaraw l-isterjo.

Illum pejjipna f'Wied il-Għajn. Kien hemm ħafna tfajliet li nafu. Filgħodu rajna żewġ pupi u filgħaxija erġajna rajnihom!

Kien hemm Elaine. Gareth qiegħed jipprova magħha, imma ma naħsibx li għandu ċans.

Kif dħalt ommi bdiet tgorr għax qalet li ġejt tard. Qaltli "aħseb kmieni!"

Imma jiena fil-ħin tas-soltu ġejt!

Diska tal-ġurnata: Smells Like A Teen Spirit - Nirvana



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura