Issa ħija qed imaqdarli lis-Sabbath ukoll!
Illum ġie ħija. Ħadli biċċa vidjo liebes t'appostlu u nżomm liż-żgħira.
Illum tiegħi ħaslu l-ewwel. Elaine, Rachel, Rosabelle u Celine tgħidx kemm daħku!
Wara tawna qagħqa.
Kellu jkun Patri Feliċjan li għammidni, kellu jkun hu li rani naqla' dik id-daqqa ta' karozza u kellu jkun hu li jaħsilli saqajja! Illum qerrejt u tqarbint għandu wkoll!
Ħija kif sar jaf li se nixtri tliet CDs tal-Black Sabbath tgħidx x'għamel! Qalli li "spiċċa żmienhom", li dik "mużika tat-tgerfix tal-moħħ" u li ma kienx hemm bżonn nixtri sterjo biex nisma' dawk! Aqta' kemm mingħalih li jifhem!
Veru li għandhom lirika ta' l-okkult, imma għandhom mużika vera bis-sens!
Nhar it-Tnejn immur inħassar dik l-order. Aħjar milli naqla' koċċ inkwiet żejjed!
Diska tal-ġurnata: NIB - Black Sabbath

Kummenti mill-Futur: 0
Post a Comment
<< Lura