Sunday, April 16, 1995

Idamdamt bid-Du Maurier!

Illum l-Għid.

Fit-tmienja mort il-quddies. Kien hemm Gabriella. Dik ma tindenjax ruħha toqgħod għarkubtejha jew tqum bil-wieqfa!

Xi l-għaxra llum għamilt festa. Ommi ħarġet maz-zija Helen, u qagħdt indoqq tal-Queen, tad-Deep Purple, tal-Led Zeppelin u ta' l-Iron Maiden. Waqaft xi s-siegħa neqsin kwart!

Illum tlajna Wied il-Għajn. Kien hemm Rosabelle u Charlene. F'tal-linja kien hemm Elaine u Gabriella.

Xtrajna Du Maurier. Għall-ewwel bdew jistorduni. Wara tħajjart inpejjep wieħed bla filter. Sturdieni u dardarni! Naħseb daqshekk pejjipt. Suppost illum ma pejjiptx!



Bħalissa qiegħed nisma' Bohemian Rhapsody.

Diska tal-ġurnata: Bohemian Rhapsody - Queen



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura