Saturday, April 22, 1995

Rajt lil kuġinuwi tax-Sheek

Illum fit-8.30 am kelli l-Privat. Miguel ma ġiex.

Illum ommi waqgħet u weġġgħet, imma mhux xi ħafna u xorta marret il-quddies.

Illum mort Wied il-Għajn.

Meta ħija ċempel il-qanpiena, jien, JPG u Penza konna qed indoqqu War Pigs tal-Black Sabbath.

Meta konna fuq l-itsejġ kien hemm tliet ġuvintur ġo vann, u bdew ipapqu u jittantaw grupp tfajliet biex jitilgħu magħhom. Huma ma marrux. Il-perċimes fosthom qalilhom: "Intom tliftuh il-pjaċir!"

Illum ma pejjipniex. Il-kuġin tiegħi, (it-tifel taz-ziju li jaħdem ix-Sheek), tani Löwenbräu b'xejn. Daqq ħafna tal-Metallica - koċċ storbju!

Ilbieraħ tagħtni weġgħa kbira ħafna fil-kustilji, u llum qed inħossni xi ftit ma niflaħx.

Diska tal-ġurnata: War Pigs - Black Sabbath



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger Roderick Mallia qal/qalet...

"Daqq ħafna tal-Metallica - koċċ storbju!"

Mingħalih li jifhem dan! ;)

00:16  

Post a Comment

<< Lura