Thursday, April 20, 1995

Waslitli t-time table ta' l-O Levels!

Illum ma kellix Privat. Mort sal-Mużew, imma ma kellniex avolja kien miftuħ.

Qaluli li Godwin weġġa' siequ u qiegħed l-isptar! Lil dak imorru jinqalgħu l-problemi - qaddis tant dak!

Illum xtrajt cassette ta' siegħa u nofs biex nirrekordja nofs is-CD tal-Black Sabbath. Imma dan il-cassette beda jżaqżaq ġol-isterjo. Mort nixtri ieħor u erġajt irrekordjajtha. L-ieħor komplejtu bid-Deep Purple u bil-Led Zeppelin, u issa nbiegħu. Xi trid tagħmel!

Illum rajt l-Arsenal kontra s-Sampdoria. Rebħu l-Arsenal bil-penalties.

Irrekordjajt Beverly Hills 90210, għalkemm domt niġġieled mal-papà!



Dalgħodu rċivejt it-time table ta' l-O Levels: fil-15, fis-16 u fis-17, Raħal Ġdid, fit-tlieta ta' wara nofs in-nhar.

Diska tal-ġurnata: Sweet Leaf - Black Sabbath



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura