Friday, April 21, 1995

Ġibt in-Number of the Beast fuq CD!

Illum qomt xi ftit tard.

Wara nofs in-nhar rajt Beverly Hills. Kien sabiħ ħafna.

Missieri beda jeħodha miegħi għax qal li rrekordjajtlu fuq l-Istar Soccer. Kien hemm Melrose Place ta' nhar l-Erbgħa! Dak lanqas biss narah jien! Beda jgħajjat u jsabbat, u qalli biex il-vidjo ma mmissux iżjed - qisu ma jeżistix! Jien ma ħassartlu xejn, imma mur fehmu! Jien naħseb missieri qed tilef xi rota minn moħħu!

Illum mort sal-Mużew. Għallimna Pawlu.

Ċempilt lil Godwin. Ma jistax jimxi! Imma bħalissa mhux qiegħed l-isptar.

Illum lil Penza tajtu tal-Black Sabbath u tani The Number of the Beast ta' l-Iron Maiden.



"Xejn speċjali," qal ħija. Mingħalih li jifhem dak! U l-lyrics ma fihom xejn!

Diska tal-ġurnata: Children of the Damned - Iron Maiden



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura