Thursday, April 27, 1995

Is-CD taż-Zeppelin fiha l-brix!

Illum mort naqdi lil ommi għax qamet xi ftit ma tiflaħx. Dejjem hekk dik! M'hemmx x'tagħmel!

Dalgħodu mort inwassal lil Silvio d-dar biex iġib il-blejżer.

Illum studjajt mhux ħażin. Wara mort il-Privat. Il-Vectors fhimthom. Wasalt hemm ma' Yvette. Bdiet tgħidli fuq id-Doors. Iffissata fuqhom dik. Illum qabdet ma' Marvin il-kwiet!

Wara morna għand Laiviera u għand Penza biex ngħidulhom li għada fis-6.15 pm sejrin naraw lil Godwin. Penza tani lura tal-Led Zeppelin u l-Greatest Hits I tal-Queen.

Is-CD tal-Led Zeppelin fiha l-brix ! AĦJAR MA NSELLEF XEJN!

Diska tal-ġurnata: Sheer Heart Attack - Queen



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura