Saturday, April 29, 1995

Dak Stuart ħaxxej mill-kbar!

Illum mort il-laqgħa ta' Jum il-Vokazzjonijiet. Il-post kien żgħir, u ma kienx hemm ħafna nies.

Inqsamna fi gruppi. Il-grupp li kont fih ma tantx kien interessanti. Stuart kien fi grupp passabbli. Ġab erba' tfajliet mhux ħażin miegħu. Domna ħafna magħhom.

Formosa tilef rasu wara tfajla jisimha Krista. Din tiġi l-kuġina ta' Dolores, u qisha liżbjana. Imma lilu togħġbu! Dolores illum kellha t-Taljan u ma ġietx.

Kien hemm waħda għoġbitni ħafna - jisimha Liliana Sant. Għandha tlettax-il sena u toqgħod il-Mosta. Wara li mort intella' l-offerti niġi u ħdejha nsib lil Stuart! Imma jien suppost kont bilqegħda ħdejha l-ewwel! Mar ħadli posti ja kurnut li hu! U dam jiċċaċrali magħha! Huwa ferħan u jien hemm maħruq! Fl-aħħar induna x'għamel, qal!

Fil-għaxija qgħadt id-dar.

Illum fhimtha: fejn jidħlu t-tfajliet ħadd m'hu ħabib!

Diska tal-ġurnata: Black Dog - Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura