Friday, April 28, 1995

Iċ-Ċentru hemm nies li ma jemmnux f'Alla!

Dal-għodu lil Celia qagħdna nċaċpulha u tgħidx kemm ħmaret!

Illum tkellimna fuq l-għoli tal-ħajja mas-Sur Fenech. Qal li l-ħajja rħisa, għax raħsu xi affarijiet bħall-washing machines. Qbiżt jien u għedtlu: "Mela aħna nieklu l-washing machines?!" Tgħidx kemm daħku tal-klassi, u tgħidx kemm inħaraq!

Ma morniex narawh lil Godwin għax qal li se jiġi l-Ħadd.

Mort sal-Mużew u Pawlu tefgħani 'l barra! Qalli li l-flokk tal-Queen "tal-mickey mouse!" Meta għedtlu li dawk "leġġendi" - il-ħelu - infaqa' jidħak bija!

Wara mort saċ-Ċentru.

Celine bdiet tibki!

Raissa qaltli li jien qiegħed "inwarrabha". Hekk marru jgħidulha sħabha! Qaltli li għandi karattru ħelu, għax lit-tfajliet ma nużahomx u nitlaqhom. Damet ħafna ma qalagħtha dil-balla minn fuq l-istonku! Ara veru ffissata fuqi dik!

Qaltli wkoll li Glenn Spiteri ried jirranġa magħha biex jeħodha l-ġnien!

Kien hemm ta' l-Evanġelizzazzjoni. Bdejna niddiskutu magħhom fuq Alla. Naħseb sejjer nismagħhom. Kien hemm ħafna qalu li ma jemmnux f'Alla!

U llum jien ma lbistx qalziet ta' taħt!

Diska tal-ġurnata: The God That Failed - Metallica



Kummenti mill-Futur: 2

Blogger Erezija qal/qalet...

Eċitanti wisq din it-taħlita ta' devozzjoni lejn ir-reliġjon u lejn il-mużika "tqila", kif kien isejħilha Alfie Fabri.

13:51  
Blogger Roderick Mallia qal/qalet...

Interessanti kif xi erba' pagni lura, ghidt li l-Metallica kocc storbju. X'kien dil-konverzjoni?!

10:56  

Post a Comment

<< Lura