Sunday, April 30, 1995

Għadni ma nsejthiex lil dik

Illum mort il-quddies tas-sebgħa u wara bqajt sejjer il-Privat.

M'għamilnihomx kollha d-diffikultajiet, imma għamilna xi sitta.

Wara mort sal-Mużew.

Rajt lil Godwin. Iħossu mhux ħain, qal.

Filgħaxija ma ħriġniex.

Ġie Jesmond. Meta tela' fuq kont qed indoqq White Queen.

Rajt Beverly Hills fuq il-vidjo.

Illum weġgħani ħafna dahri!

Lil Liliana għadni ma nsejthiex għal kollox!

Diska tal-ġurnata: Sleeping On The Sidewalk - Queen



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura