Tuesday, May 02, 1995

Bidlulna l-klassi

Illum erġajt mort l-iskola. Ma tantx iddejjaqt.

Illum spiċċaw tal-Form 5.

Bidlulna l-klassi. Issa qegħdin minflok il-5C. Waqt il-Physics mill-ewwel ninstemgħu, għax qegħdin fil-blokk ta' l-istaff room u l-uffiċċju!

Illum tkellimt ma' Stuart!

Illum ġie ħija. Meta nħares lejha, Stephanie qiegħda ddawwar wiċċa. U għandi ma tridx toqgħod!

Fil-għaxija mort il-Privat. Bdejna d-differentiation. Qed nifhem x'qed nagħmlu.

Penza ma ġiex u s-CD baqgħet għandi.

Wara mort ftit saċ-Ċentru. Domt biss xi ħames minuti. Qed naħli ż-żmien immur hemm!

Diska tal-ġurnata: Battery - Metallica



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura