Tuesday, May 09, 1995

Dolores marret tgħid li tħobbni!

Dalgħodu lil dik li tipparkja quddiemna waħħalnilha tabella fuq il-wind screen: For Sale. Lm500. Tel: 242412.

Illum is-Sur Casha Mula tefgħani 'l barra għal xejn! U llum nqatgħali l-basket ukoll! Ma nafx x'se nagħmel!

Ilum kellna xi ħames free lessons. F'waħda minnhom ġie Stoichkov u għamlilna lezzjoni fuq il-verbi ta' l-Ingliż.

Lil Cilia għoġbu ħafna d-Dark Side of the Moon tal-Pink Floyd.

Lil Manwel ma tantx għadhom jogħġbuh id-Doors.

Naħseb il-Ħadd ħerġin. Ir-Rasti ma jridx jiġi, għax filgħodu biss jrid joħroġ.

Mort il-Privat u wara mort saċ-Ċentru.

Smajna li Cini kien li waqqgħu lil Father Dougall!

Daqq Smoke On The Water u Paranoid.

Wieħed qal li Deicide tfisser "il-Mewt ta' Alla"!

Dolores marret tgħid liż-żgħir li tħobb lil xi ħadd jismu Glenn. Naħseb li għalija qed tgħid!

Diska tal-ġurnata: Smoke On The Water - Deep Purple



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger Erezija qal/qalet...

dak li qal li d-deicide tfisser il-mewt ta' alla x'sar minnu llum il-gurnata?

12:00  

Post a Comment

<< Lura