Saturday, May 06, 1995

Ħerġin ma' Liliana u sħabha!

Illum studjajt ħafna, kważi l-ħin kollu.

Wara nofs in-nhar ġie Stuart u fehmtu xi ħaġa tal-Maths, Paper 2.

Wara ġie Formosa u morna nċemplu lil Liliana. Kelmitni mhux ħażin. Se niftehmu biex noħorġu flimkien. Forsi sibt xi tfajliet jgħoddu għalija!

Illum ma mortx Wied il-Għajn għax bqajt id-dar nistudja l-Maths, iżda rajt Beverly Hills fuq il-vidjo.

Ħija ġab lit-tifla. Zolli tatha Lm2.

Ħija ġabli Jazz. Qgħadt niktiblu r-recording level. Għada nirrekordjah.

Fil-vectors sibt problema, imma wara fhimtha.

Il-Belt rebħu 5-0 kontra s-Sliema!

Diska tal-ġurnata: Dead On Time - Queen



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura