Thursday, May 04, 1995

Raissa għadha trid!

Illum l-iskola dħakna xi ftit jew wisq.

Daqqejt xi ftit, u rrekordjajt Beverly Hills. Missieri ma qal xejn!

Illum mort il-Privat. Għamilna d-differentiation.

Jien u Claudette tkellimna ħafna fuq id-Doors.

Cilia tani cassette u għamiltlu d-Dark Side of the Moon, u Degabriele tani wieħed biex nagħmillu tad-Doors biex forsi xi darba jibdew jogħġbuh.

Nhar is-Sibt se nċemplulu lil Liliana.

Illum Raissa fakkret lil Formosa biex jgħidli li għada trid tkellimni.

Diska tal-ġurnata: Through the Never - Metallica



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura