Monday, May 08, 1995

Xtrajt Queen Live Killers għal ħija

Illum erġajt lura l-iskola. Dalgħodu ġiet għalina prajvit bit-tojlit u TV!!

Is-Sur Casha Mula kellimna dwar l-iscuba diving. Ma tantx iddejjaqt.

Meta mort id-dar bdejt nisma' l-Black Sabbath.

Wara mort il-Belt ma' ommi. Xtrajna l-uniformi tas-sajf.

Wara xtrajna Queen Live Killers għal Jesmond. Għall-ewwel bdejna niddiskutu jekk togħġbux, imma wara ċempilnilu u qalilna li togħġbu. Kellna ngħidulu biha!



Fit-tmienja neqsin kwart spiċċajt il-Mużew. Tkerrah xi ftit Pawlu! Meta dħalt kienu qed jiddiskutu s-suwiċidju.

Wara smajt Queen Live Killers kollu għax ma kien miftuħ. Ħadtlu r-recording level. Fih 90 minuta u 31 sekonda, imma xorta ndaħħlu.

Diska tal-ġurnata: Let Me Entertain You (live) - Queen



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura