Wednesday, May 17, 1995

Ġaħġaħtha f'Paper 2... naħseb!

Dalgħodu ma mortx quddies, għax kont se mmur għand it-tabib minħabba xuftejja. Imma wara ma mortx lanqas għax qgħadt nistudja.

Ċempilli Jesmond.

Paper 2 ma kinitx tqila ħafna. Imma l-aħħar mistoqsija ma kontx nafha! Il-graph kienet ta’ l-x cubed. Sal-plotting biss wasalt! Il-vectors naħseb li ġibt xi biċċa minnhom ħażina. Il-bqija buli, speċjalment fit-transformations u f’question 5 (li ftit kienu jafuha!).

Forsi ġibt xi 65, għax l-aħħar mistoqsija kien fiha 15-il marka. Naħseb li mhix qiegħda fis-sillabu!

Wara ċempilt lil Jesmond biex ngħidlu li ma mortx ħażin.

ISSA ALLA JAF!

Diska tal-ġurnata: Time/Breath (Reprise)- Pink Floyd



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura