Saturday, May 13, 1995

Morna f'post jismu Osiris

Illum domt rieqed xi ftit.

Wara mort nixtri kartolina tal-Mother's Day lil ommi. Għamilt li taparsi rċevejniha. Għoġbitha ħafna.

Għand l-Aries rajt lil Celia.

Illum jien u Stuart ċempilna lil Liliana. Qaltilna li fis-Sajf aktarx toħroġ. Lil Stuart semmajtu ftit l-isterjo.

Penza kellu l-O Level tal-Malti. Kien hemm ħafna fuq tal-linja li kienu ġejjin mill-Malti.

Illum morna f'post ġdid jismu Osiris. Għamilna xi nofs siegħa naraw wieħed jiżfen quddiemna!



Bħala post sabiħ, imma l-mużika rubbish.

Diska tal-ġurnata: Speak To Me/Breathe - Pink Floyd



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura