Friday, May 19, 1995

Wassalt lil Raissa d-dar!

Illum ma tantx konna fil-klassi.

Is-Sur Casha Mula qalli li għadu ma ħax azzjoni fuqi u fuq il-Lenny!

Illum dħakna tnejn.

Mas-Sur Seguna, fit-Taljan, tkellimna dwar il-maġija sewda u s-Sataniżmu.

Illum irrekordjajt xi ħaġa tal-Led Zeppelin għal Sebastian Cilia.

Ħsilt xagħri u smajt ħafna d-Dark Side of the Moon.



Wara mort sal-Mużew. Godwin beda jfehmna l-aħħar mistoqsija ta’ Paper 2 tal-Maths. Qalilna wkoll b’somma li ħadd ma jista’ jsib soluzzjoni għaliha! Tani s-CD tal-Led Zeppelin.

Illum Leslie ġie jgħidli li jien nisma’ “t-tankijiet iħabbtu”!

Wara mort saċ-Ċentru. Tkellimt ftit ma’ Elaine u ma’ Rosalba Garcia.

Inqalgħet xi ġlieda bejn il-membri tal-Kumitat dwar kemm għandu jiftaħ iċ-Ċentru! Il-veru sejjer lura dan iċ-Ċentru. Donnu qed jerġa’ jisfaxxa fix-xejn!

Imbagħad mort inwassal lil Raissa d-dar!

Diska tal-ġurnata: The Great Gig In The Sky – Pink Floyd



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura