Monday, May 22, 1995

Praspura oħra waqt il-Physics!

Dalgħodu ommi qamet ma tiflaħx sew. Tal-birthday ħaditha miskina! Mort naqdiha illum.

L-iskola għamilt waħda tinkiteb! Fil-laboratorju tal-Physics, taħt il-bank, kien hemm ħobża li kienet ilha żmien hemm! Jien ħriġt bl-idea li nippassjawha. Ignatius ta lil Stuart, Stuart ta lil Andrea u b’xi mod din l-imbierka ħobża reġgħet ġiet lura għandi! Jiena tajtha lil Clifton u dak kissirha fuq il-mejda tiegħi! Jien mort tajt kollox lil Ignatius, u huwa reġa’ taha lili, u did-darba kissirha iżjed bis-saħħa!

Kif is-Sur Casha Mula ra hekk, ġie jiġri bil-għaġla u bil-fixla kisser l-ismoke cell! Wara kelli nnaddaf il-laboratorju!

Fil-għaxija ma ħriġtx għax ommi baqgħet ma tiflaħx sew!

Diska tal-ġurnata : Money – Pink Floyd



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura