Tuesday, May 23, 1995

Ġabuli s-soundtrack tad-Doors!

Ommi baqgħet ma tiflaħx.

Illum ma mortx skola għax mort għand it-tabib Caruana ma’ missieri. L-ewwel morna tas-Sliema, imma ma kienx hemm. Wara morna b’ġirja l-Furjana u sibnih hemm.

Fuq xufftejja għandi xi felul, imma ma jafx minn fejn ġew! Tani xi dlik u xi żejt. Infaqna xi Lm6 b’kollox!

Filgħodu ġabuli s-soundtrack tal-film tad-Doors.



Dawk bdew fl-1967.

Filgħaxija mort il-Mużew u wara mort saċ-Ċentru. Ma tantx domt. Ma nafx għaliex, għax kien hemm bniet ma’ min nitkellem.

Is-sena d-dieħla s-San Antonio se jisponsorja lil Celia biex tidħol għall-konkors Miss Malta!

Raissa qalgħet xi rapport minħabba fiha għax kitbet ismi fuq il-mejda ta’ l-iskola!

Diska tal-ġurnata: The Severed Garden – The Doors



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura