Friday, May 26, 1995

Ifli mitt darba... u vvota darba!

Illum qaluli li għandi xi prizes. Għandi l-ewwel fir-Reliġjon, fit-Taljan u fil-Franċiż, u t-tieni fil-Malti.

Mort id-dar ferħan, imma ommi bdiet teħodha miegħi għax ma rbaħt xejn fil-Maths u fl-Ingliż ukoll! Iżda Jesmond qalli li mort tajjeb. Meta ġie d-dar missieri beda jgħidli li fl-Ingliż hemm ħafna x’tistudja!

Dal-għodu qagħdna ngħajtu lit-tfajliet, u kif bdew iħarsu lejna bdejna nuruhom il-voti, minn 1 sa 10, skond kemm huma ħelwin!



Lil Celia tajtha 10 u WOW! Dil-biċċa jien ħriġtilhom biha!

Illum ma kienx hemm Ċentru.

Meta ġejt lura mill-Mużew rajt lil Alfred Sant fuq it-TVM. Wara rajt Beverly Hills 90210 fuq il-vidjo.

Wara l-eżamijiet naħseb se mmur l-Isplash & Fun ma’ tal-klassi.

Diska tal-ġurnata: Us and Them – Pink Floyd



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura