Monday, May 29, 1995

Kultant ma nifhimhomx lil tal-Mużew!

Dalgħodu bdiet tuġgħani qalbi!

Is-Surmast ma rahielhix xagħari. Ma ddejjaqtx l-iskola.

Studjajt xi ftit History illum.

Bagħtuli tal-BOV Club.

Illum ġie ħija u ġab lil Stephanie. Illum żammejtha mhux ħażin.

Dennis illum qalli biex inbaxxi l-isterjo!

Lil missieri rrekordjajtlu xi ħaġa tal-Belt.

Ommi qelbet għall-aħjar. Qaltli li hemm xi abbati jiġi l-Mużew li għandu cancer!

Mort sal-Mużew. Tkellimna fuq is-sess. Ħriġt minn hemm xi ftit imħawwad. Għax veru jgerfxuni dawn. Jgħidu li jekk iġġerrieh “dnub gravi”!

Jiena veru nħobb inbellagħlu xi daqsxejn, imma b’daqshekk ma jfissirx li jien tifel ħażin!

Diska tal-ġurnata: Any Colour You Like – Pink Floyd



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura