Tuesday, May 30, 1995

Nunzia ġiet qisha xi qaħba!

Illum dħakt xi tnejn l-iskola. Is-Surmast għadu ma ranix.

Illum Formosa ġab lenti.

Kelli test u ma kont naf xejn! Tajtu karta vojta.

Illum irqadt u studjajt ftit Literature min-noti ta’ JPG.

Filgħaxija l-ewwel mort sal-Mużew. Leslie beda jparla fil-vojt. Qal li hawn min qiegħed jilbes il-ħmerijiet. Jiena għedt xi ħaġa, u huwa tfantas. Wara, meta ġie ħdejja qalli li ma kienx qed jgħid għalija. “Kemm tieħu għalik malajr!” qalli.

Godwin beda jgorr għax dħalt bit-toppu. Lil dak irrid inkellmu sew fuq dil-biċċa.

Wara mort saċ-Ċentru. Kif dħalt xi ħadd qal “Ambra”! Naħseb li Nunzia. Marret żebħet xagħarha dik ħej! Ġiet qisha qaħba!

Tkellimt ftit ma’ Rachel, Charlene, Gabriella u Rosalba. Ftit qabel kellimt lil Celia.

Jessie kienet ħelwa llum.

Fid-9 ta’ Ġunju se nagħmlu diskow.

Britney reġgħet staqsietni għal Raissa.

Lura d-dar mxejtha ftit ma’ Elaine.

Diska tal-ġurnata: Any Colour You Like – Pink Floyd



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura