Thursday, June 01, 1995

Tas-Sixth Form ħarġu jipprotestaw!

Illum dħakt l-iskola!

Lil Cilia għoġbuh il-Led Zeppelin.

Iddubbajt xi past paper. Sabuli l-karta tat-test tal-Malti li kont għamilt sena ilu. Kont ġibt xi 90!

Illum studjajt u wara mort il-Mużew.

Rajt Beverly Hills 90210. Kien sabiħ ħafna.

L-istudenti tas-6th Form ħarġu jipprotestaw kontra l-Junior College. Marru l-Furjana u mblukkaw it-triq! Il-Pulizija sawtuhom, imma wħud minnhom ma riedu jitilqu b’xejn!

Diska tal-ġurnata: Brain Damage – Pink Floyd



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura