Saturday, June 03, 1995

Gauci sar iħobb jisma' kollox!

Fil-għodu mort il-Belt u sarraft il-book token. Ġibt in-noti tal-Qawsalla.

Penza qalli li s-sillabu nbidel – naħseb li se jkolli mmur inbiddlu.

Ġibt ukoll il-Cashlink u l-BoV Club Cards.

Wara studjajt ftit.

Illum Wied il-Għajn konna ħafna: jiena, Silvio, Penza, De Gabriele, Gauci u Formosa. Kont se naqbad niġġieled is-Summer Nights!

L-Ingliżi rebħu 2-1 kontra l-Ġappun.

Clinton se jġibli l-Pulse!

Gauci sar jogħġbu kollox.

Diska tal-ġurnata: Eclipse – Pink Floyd



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura