Saturday, June 10, 1995

Calamatta qed iqażżiżha!

Dalgħodu mort naqdi lil ommi. Wara studjajt xi ħaġa.

Cachia xtara Pulse fuq cassette, imma dak ma tantx hu tajjeb għall-isterjo tiegħi għax qisu tejp ta’ sagħtejn. Fih One of These Days – fis-CD dik m’hemmx.

Cilia qalli li se jġibli l-lirika ta’ The Wall.

Filgħaxija mort sa Wied il-Għajn. Silvio ċempilli u qalli li ma kienx se jinżel, imma wara ġie. Gareth in-Nanu mar xtara CB!

Calamatta qed iqażżiżha mat-tfajla, u hi tip serja ħafna. Lanqas biss tħallih ibusha! Meta staqsetha jekk hix qed toħroġ miegħu bilfors, qaltli “imsomma.”

Illum dħalna f’dar li qed tinbena għax ħsibna li kien hemm Luke Mifsud u t-tfajla jinnamraw. Imma ma kien hemm ħadd.

Illum missieri mar il-kwartieri tal-Labour. Bdiet iddawwarhom Rosalba Garcia.

Illum Elaine kienet veru sexy. Kien hemm Rachel ukoll!

Jien kont bil-flokk tal-Queen.

Diska tal-ġurnata: Keep Talking (live) – Pink Floyd



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura