Thursday, June 08, 1995

Hawn xi erbgħa qed iqażżuli żobbi!

Illum bagħat għalija s-Surmast minħabba xagħri. Konna jien, Piscopo, Drinu, Matthew u tnejn oħra tal-Form 3. Qalilna li għadu m’huwiex ċert x’se jagħmel. Se “jittestja”, qal!

Għada se jkolli nqum kmieni biex naħsilha. Kultant minn tagħna u kultant liba das-Surmast!

Illum reġgħu wrewna l-play.

Tal-Malti nsiet tiċċekkja dwar is-sillabu.

Illum kelli l-qari tat-Taljan. Ġibt full marks.

Is-Sur Vassallo qalli biex nagħmillu l-Pulse.

Cilia sema’ Paranoid u għoġbitu.

Illum studjajt ftit History.

Godwin iridna mmorru l-purċissjoni tal-preċett!

Stuart qalli li taċ-Ċentru għada se jagħmluli xi ċajta minħabba l-Mużew. Elaine baqgħet “iċċassata” meta semgħet li mort ma’ tal-Mużew!

Irrekordjajt Beverly Hills u rajtu wara, għax illum episodju wieħed biss kien hemm.

Illum qagħdu jaqbduha fuq Ambra. Imma issa b’rasu jdur min idejjaqni. Jiddispjaċih!

Diska tal-ġurnata: Brain Damage (live) – Pink Floyd



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura