Friday, June 16, 1995

Diskow tal-ġenn!

Illum kellna d-diskow. Daqq ħafna Rock u tgħidx kemm frijkjajna, u jien intlift!

Kien hemm xi ħadd iġġieled.

Father Dougall kellu l-birthday.

Ħassejt xi ħaġa speċjali għal Rachel. Jean-Paul u Muscat riedu jirranġawli magħha. Jien garajtilha silġa, imma minflok lilha lqatt lil Charlene! Anzi ħadd ma rani!

Kellimt waħda mill-Imsida, ħelwa ħafna, jisimha Samantha.

Elaine kienet ħelwa wkoll illum.

F’xi ħin sħabi daħkuni u ħsilthom bil-birra.

Tlift iċ-ċavetta, u sabuhieli Robert u Fabrizio.

Stuart irranġa ma’ Jessie – imbasta kollu Forever Friends Liliana!

X’inhu tal-liba!

Diska tal-ġurnata: The Struggle Within – Metallica



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura