Tuesday, June 13, 1995

Ħriġt tan-nejk illum!

Illum Cilia ġabli ftit lyrics tal-Wall. Qalli li Wish You Were Here u Comfortably Numb m’humiex ċari. Issa nerġa’ nagħmilhomlu.

Tal-Maths u tal-Business Studies ma ġewx. Illum studjajt xi ħaġa.

Ħija qata’ xagħru.

Meta nsaffrilha Stephanie toqgħod tmissli wiċċi.

Kont sejjer sal-Mużew, imma mbagħad ma mortx għax Formosa qalli li Godwin ma ġiex.

Fuq Grinta kien hemm programm speċjali fuq il-Black Sabbath.

Illum tnejjikna b’Celia u b’Gareth minħabba s-CB. Il-kuġin ta’ Father Dougall beda jdaħħakna ħafna.

Lil Elliane ma kellimthiex għax kienet okkupata ħafna.

ILLUM GĦAMILT L-IŻJED ĦAĠA TAN-NEJK LI STAJT NAGĦMEL. CALAMATTA QALLI XI ĦAĠA, U JIEN KONT SE NGĦIDLU “MISSIEREK!” NOFSHA BISS LAĦQET ĦARĠET!

Ħa għalih, imma mbagħad morna nitkellmu, u qalli li nduna li ma kinitx apposta!

Diska tal-ġurnata: Nobody’s Fault But Mine – Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 1

Blogger Johann Cini qal/qalet...

I love going back in time..but as time pass and things change i still Love Pink Floyd!

09:11  

Post a Comment

<< Lura