Saturday, June 17, 1995

Rajna Ingliża għarwiena!

Illum morna sal-baħar. Konna jien, Formosa u Penza. Suppost ġew ukoll Bertrand, Norbert u J.P.G., imma ma ġewx.

Wasalna fl-għaxra u nofs, għax is-27 damet ħafna ma ġiet! Ħadna mixja sew.

Il-baħar għadu xi ftit kiesaħ, u ma tant kien hemm nies. Jien ixxemmixt ħafna.

Kien hemm Ingliża topless, u anke għarwiena neżgħat! Imma jien rajtha minn wara biss.

Filgħaxija ġie ħija. Qalli li l-walkman qiegħed fil-kexxun.

Diska tal-ġurnata: You Can Leave Your Hat On – Joe Cocker



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura