Sunday, June 18, 1995

F'Awwissu ġejjin il-Black Sabbath!!!

Illum qomt għal tad-disgħa. Rajt lil Elaine.

Raissa ġiet fuqi u qaltli: “Għandi stampa tal-kannibali, tridha?!” Kultant ma nifhimhiex lil dik.

Wara mort sal-Mużew. Godwin deher irrabjat. Pawlu ma tantx ikkummenta dwar ilbieraħ. Tani xi biljetti biex inbiegħhom.

Ġie ħija. Stephanie qed toqgħod ftit kwieta.

Illum ħsibt f’Rachel.

Il-paġna tal-mużika ta’ It-Torċa ta’ llum kienet dwar l-Anthology tad-Deep Purple li għandi jien, l-American Prayer tad-Doors (ħareġ wara li miet Jim Morrison) u l-Forbidden tal-Black Sabbath.



Aktarx is-Sabbath ġejjin Malta f’Awwissu!!!

Diska tal-ġurnata: The Headless Cross – Black Sabbath



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura