Saturday, June 24, 1995

Mort nixtri l-kotba

Dalgħodu mort sal-Belt. Il-ktieb bidluhuli. Minflok xtrajt tliet kotba u fadalli Lm2.65ċ.



Xtrajt Ivanhoe ta’ Sir Walter Scott, David Copperfield ta’ Charles Dickens u The Moonstone ta’ Wilkie Collins. Issa meta jiġi Into The Wind immur għalih.

Irrekordjajt A Day At The Races, u smajtu kemm-il darba.

Illum ma tantx ħadt gost Wied il-Għajn, għax sħabi qagħdu jilagħbu ħafna video-games. Il-ġjukboks mad-disgħa u nofs kienet vojta.

F’tal-linja ltqajna ma’ Candy u Serena. Kellimthom xi ftit.

Diska tal-ġurnata: Tie Your Mother Down - Queen



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura