Paroli, paroli, paroli...
Dalgħodu kelli l-eżami tar-Reliġjon. Mort tajjeb ħafna, bħas-soltu.
Illum irqadt xi ftit, u ma studjajt xejn.
Filgħaxija mort saċ-Ċentru. Kellna laqgħa ġenerali. Inqalgħu xi kunflitti rigward it-tojlits u s-sigaretti.
Aktarx se nduruh waħda sew iċ-Ċentru. Se nibdew inħallsu 50ċ fix-xahar.
Riedu wkoll jiġbru xi flus għal xi bukkett fjuri biex ipoġġuh quddiem il-Madonna. Imma jien għedtilhom li aħjar imorru jagħtuhom lill-foqra! Meta għedt dan lil ommi tkażat bija u ma qablitx miegħi!
Wara l-laqgħa Raissa ġiet tgħidli: “Ħaġa ngħidlek ħi: għalkemm inti ma tridx tirranġa miegħi, xorta waħda, ikolli kemm ikolli boyfriends, int dejjem tibqa’ l-ewwel wieħed għalija ta qalbi.” Imma mbagħad, jekk rajt sew, marret tirranġa ma’ Patrick, għax għandujkun kien għadu kif telaq lil Catreen.
Eh tajjeb, mela l-ewwel toqgħod tiġini b'ħafna diskors sabiħ, imbagħad wara tmur toqgħod tinħexa! Sewwa wisq.
Diska tal-ġurnata: Where Did You Sleep Last Night? (live) - Nirvana

Kummenti mill-Futur: 0
Post a Comment
<< Lura