Wednesday, June 28, 1995

Irritornajt il-kotba ta' l-iskola

Dalgħodu l-librar ħatafna kollha, imma wara rranġajna kollox.

Żammejt erba’ kotba: tas-Social Studies, tar-Reliġjon, tal-Franċiż u tal-Business Studies.

Il-basket tqatta’! Issa ma nafx biex se mmur il-White Rocks.



Mort inkellem lis-Surmast. Ma qalli xejn dwar xagħri!

Tal-Malti qaltli li stenniet ferm iżjed minni. Fil-Business Studies mort tajjeb, u fil-Franċiż ukoll għax ikkuppjajt ħafna mingħand Staurt.

Silvio llum iġġieled ma’ wieħed. It-tnejn taw u qalgħu!

Wara nofs in-nhar ippjanajt l-istudju għas-Sajf.

Ċempilt lil Mario Griscti tal-Privat, għax Damian se jsiefer. Imma Mario kien imsiefer ukoll!

Illum smajt diska tal-Fatal Agression (il-grupp ta’ Dario).



Tgħidx kemm hi sabiħa!

Bħalissa qed nisma’ Time tal-Pink Floyd.

Ommi ma nafx kif saret dan l-aħħar. Lanqas sabar tismagħni m’għandha!

Diska tal-ġurnata: Time – Pink Floyd



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura