Monday, June 26, 1995

Spiċċajna fl-idejn!

Illum kelli l-eżamijiet ta’ l-English Literature u tas-Social Studies. F’ta’ l-aħħar mort tajjeb.

Daniel Cassar, Rosario Cuschieri u Ronald Parascandalo nqabdu jikkuppjaw!

Mikiel qatagħha xagħru!

Piscopo kien qed ibiegħ xi biljetti għal xi diskow. Aktarx jien m’iniex sejjer.

Illum ħija ma ġiex, imma jien irqadtlu.

Imbagħad smajt Johnny Walker Rock Moods.

Ilum il-Mużew qbadniha ma’ Godwin fuq iċ-Cefai. Huwa qalilna biex ma nagħtux kasu.

Imma mbagħad kif ħriġt minn hemm mort bambalt daqqtejn tajba lil wieħed iblah, għax huwa u sħabu (Cefai, l-aħwa Bonetti u xi ieħor) qagħdu jgaraw il-ġebel minn barra għal ġol-klassi!

Tajt xi daqqtejn ta’ sieq f’wiċċ xi wieħed minnhom u mbuttajt lil ħuh.

Diska tal-ġurnata: Get In The Ring – Guns ‘N Roses



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura